Il-Kaptan Ganċ
Pirata kattiv li tilef għajn, id u sieq f'battalja qalila. Huwa għandu vapur antik u ma jkun irid lil ħadd miegħu ħlief lill-assistent tiegħu Pawlinu. Huwa dejjem ifittex it-teżori u qatt ma jikkuntenta b'li għandu. Il-ħolma tiegħu hi li jasal fuq il-Gżira Djamant u jirnexxielu jerbaħ lil dak li sfigurah.
Il-Pirata Pawlinu
Pirata ferrieħi u dejjem daħkan, anke meta l-Kaptan Ganċ jibda jirrabja miegħu. Kull min jafu jgħid li hu ġuvni qalbu tajba u dħuli għax ikellem u jgħin lil kulħadd. Hu jilbes 'patch' fuq għajnu biex ikun jixbaħ lill-kaptan tiegħu imma fil-verita' m'għandux bżonnha. Skont hu il-'patch' tagħmlu jidher feroċi u qalbieni bħalma jkunu l-pirati.
Is-Sirena Koralina
Sirena gustuża li tgħix ġo għar taħt il-Gżira Djamant. Qatt ma ħarġet minn ġo dan l-għar għax tibża' li kif tiċċaqlaq jidħlu jisirqulha t-teżori kollha li għandha. Fl-istess ħin tixtieq ikollha l-opportunita' toħroġ u tmur tiskopri x'hemm barra mill-għar tagħha.
Il-Kelb il-Baħar
Annimal feroċi b'xedaq snien ippuntati lesti biex jattakkaw. Huwa jgħum madwar il-Gżira Djamanat. Tant huwa perikoluż li ħadd ma jazzarda jipprova jmur fuq il-gżira.
It-tewmin Maris u Mark
Tewmin li jħobbu l-avventura. Semgħu bil-Gżira Djament u vera jixtiequ jmorru hemm biex isibu t-teżori. Kif jistgħu jmorru? Se jsibu lil xi ħadd lest jgħinhom? Jirnexxielhom isibuh it-teżor?